
March Ringtones 

Bqajna narmaw tul is-snin
Dejjem armajna bil-kbir
Min jirraguna bil-fors jinduna
Illi kapaci nivvintaw.
Ghax ahna l-kbar hadd ma jghaddina
U f'kull ma naghmlu nibrillaw
U bir-ragun kulhadd jammirana
Ghaliex fil briju ahna l-ahjar.
Hrigtu hawnhekk tarawna bil-kbir niccelebraw
Lil kulhadd qed inpaxxu b'dak li qed nivvintaw
Kull bicca brijju l'ghandna, bir-reqqa tistudjaw
Certi li ghal darbohra, lilna tergghu taraw.

M'hemmx fejn tasal aktar
Kull ma ghamilna minn dejjem kien l-akbar
Imma m'hemmx xi jsir kollox qed jidher bic-car
Illi l-brijju taghna dejjem kien l-original,
Kull min rana cert, ahna l-aqwa u l-ahjar,
Dan il-brijju kabbar isem Haz-Zabbar
Festa mill-aqwa ghal-gieh il padruna taghna
Mhux ta bxejn hadnieha drawwa,
F'kull bicca brijju l'ghandna
Pittirna 'l-Omm Taghna
Xi Brijju ghandna,
Jaghmel gieh lill-banda taghna
Il-banda ta' l-iljun tferrahna kull fejn tkun
Din l-aqwa bir-ragun.
Kull sena fil-festa f'Haz-Zabbar
Kulhadd jigi biex jara l-brijju taghna
Bir-ragun illi m'hemmx paragun
Ahna l-aqwa u l-ahjar fil-gzejjer taghna
U certi li m'hemmx dubju
Kulhadd ilissen l-istess kelmiet:
Il-pjazza kif tghattiet bl-umbrella l-kbira
Ghaliex tal-grazzja nibqghu maghrufa
Se nibqghu fuq quddiem
Minn dejem konna ghadna u nibqghu
L-aqwa go Haz-Zabbar

Ara x'wahda din, issa sar il-hin,
Biex nibdew ahna
Veru herqanin, x'hin isir il-hin,
Biex inpaxxu liz-Zabbarin
Brijju nizzilnieh, u kollu ftahnieh
Kull min rana paxxejnieh.
Ghax Tal-Grazzja ilna ghal hafna snin
Xogholna tgawda, farruh il-barranin.
Hafna ndunaw, staghgbu x'hin raw, dal brijju kbir.
Bih iccassaw x'hin lilna raw, niccelebraw.
Brijju nizzilnieh, u kollu ftahnieh
Kull min rana paxxejnieh.
Ghax Tal-Grazzja ilna ghal hafna snin
Xogholna tgawda, farruh il-barranin.
Banda kbira bl-isem tat-Titular
Mhux ta' b'xejn li ahna l-aqwa u l-ahjar
Il-fatti ma jista' jmerihom hadd,
Bina jaf kulhadd
Il-veru kapaci, fil-brijju u l-armar
Bir-ragun illi ahna ta' l-iljun
Kull m'ghamilna dejjem hrigna bl-unur.
Kulhadd jaf illi ahna tassew kbar
L-Ewwel f' Haz-Zabbar.

Ferm kburin,
Bir-ragun ghax ahna tat-Titular.
Minn dejjem konna l-aqwa u l-ahjar,
L-ewwel go Haz-Zabbar.
X'umbrella ghandna,
Konna fuq fomm kulhadd.
B'dak li nippreparaw,
Inbellhu lil kulhadd.
Disinn mill-isbah,
M'hemmx ghalfejn niddubbaw,
Il-brijju nivvintawh
Dal-fatt jafu kulhadd.
Originali,
Il-brijju dejjem kien.
Ghax bqajna tul is-snin
Naraw x'se nivvintaw.
Kulhadd jarana u jibqa' jammirana.
U bir-ragun induna kulhadd,
Li m'ahna bzonn hadd.
Dejjem tul is-snin
Ghall-Patruna isem il-kazin
Staqsu 'lbarranin,
Min hu l-aqwa fost iz-Zabbarin
Bl-armar il-gdid ahna kburin,
Sebbahna t-toroq taghna z-Zabbarin.
Minn dejjem gewwa Haz-Zabbar,
Tafu l'ahna l-Kbar.

Tal-grazzja fi klassi ghalina
Kull min rana taghna r-ragun.
U mhux ta' b'xejn illi ghandna biex niftahru,
Ghax hadd ma jzommna ta' l-iljun
Kull sena tant qeghdin nintoghgbu,
Zgur m'ghandniex ghalfejn nikkupjaw
U sakemm qatt mhu se nsibu oppozizjoni
Ahna se nibqghu nibbrillaw.
Bl-isem tal-Grazzja twilidna u ilna ghal hafna zmien,
Ghax bil-Patruna ahna lkoll kburin
Tant hu ghal qalbna li zgur qatt m'ahna se nichuduh,
Ahseb u ara kemm nbiddluh.
Festa kbira naghmlu 'l Omna tal-Grazzja
Bir-ragun li kulhadd jigi maghna
Pjacir naghtu lil min jigi jaran
Ghax difficli issib festa bhal t'hawn.
U bla dubju l'ahna originali,
Ghaliex maghna ghandna nies kapaci.
Kemm iddur festi zgur ma ssibx,
Banda kbira bhal m'hi din
Bir-ragun li maghrufin.
U issa kollox deher bic-car
Ahna l-aqwa u l-ahjar,
F'Haz-Zabbar ahna l-Kbar.

Minn kemm ilna mwaqqfin,
Isem dan il-Kazin.
Tal-Grazzja minn dejjem kien,
U jibqa' tul is-snin
Ahna qatt ma missejnieh
Anzi kburin bih
Dal-fatt jafu kulhadd,
Ma jista' jmerieh hadd,
L-isem zgur ma nichdu qatt (x2)
Kull sena b'xi sorpriza gdida,
U ghal darb' ohra b'haga kbira.
Harsu 'lhawn, ha taraw, dal brijju kbir.
Le qatt ma konna inferjuri
L-umbrella kemm gabet unuri
Xi pjacir, brijju kbir u bi ftahir!
Lilna dejjem jigu jarawna,
Bil-hila taghna jammirawna
Kulhadd ifahhar l-armar taghna
U jifrah maghna.
Din l-ewwel banda Zabbarija,
Li ghall-Patruna msemmija
Go Haz-Zabbar, ahna Tal-Grazzja
Kemm ahna Kbar.

Ismek f'qalbna oh Madonna,
Tant ghal qalbna z-Zabbarin
Jidwi f'mohhna s-sena kollha
Ghax il-Patruna tal-kazin
Festa kbira lilek naghmlu
Sidt tal-Grazzji u Omm
Mis-Santwarju indokrana,
Harstek fuqna dejjem zomm.
Viva s-socji u dilettanti
Il-kumitat u l-attivisti
Prosit imur lis-Surmast l' ghandna
U xejn anqas lill- bandisti
Ta' kull sena r-rahal taghna
Folol kbar u bir-ragun
Fost il-ferh u l-allegrija
L-isbah festa fl-istagun
Marci, brijju lwien kahlana
Ftit mill-isbah fost il fjur
Viva nghidu l-banda taghna
Lilna taghmel kull unur
